GĦANDEK INFORMAZZJONI dwar tifel jew tifla neqsin? Ċempel 119

Il-Pulizija toħroġ AMBER Alert biss meta l-ħajja ta’ tifel jew tifla maħtufin jew neqsin tkun f’periklu imminenti (AMBER Alert) jew meta jkun hemm indikazzjonijiet sostanzjali li t-tifel jew tifla jkunu f’riskju kbir li jiġrilhom xi ħaġa u/jew f’periklu immedjat, u jkun meħtieġ li tittieħed azzjoni malajr (tfal neqsin li jkunu fil-periklu).

L-AMBER Alert Malta xxandar b’mod esklużiv l-AMBER Alerts u tagħrif dwar tfal neqsin li jkunu fil-periklu.

AMBER Alerts

AMBER Alert huwa messaġġ ta’ emerġenza maħruġ fuq bażi nazzjonali meta l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jkun qed jibża’ li l-ħajja ta’ tifel jew tifla maħtufin jew neqsin tkun f’periklu imminenti.

Kriterji

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa responsabbli mill-ħruġ tal-AMBER Alerts, li għalihom għandu kriterji stretti:

  • It-tifel jew tifla jkunu (kważi fiż-żgur) inħatfu minn xi ħadd mhux magħruf jew inkella jkunu neqsin u ħajjithom tkun f’periklu imminenti;
  • Il-vittma tkun minorenni (taħt it-18-il sena);
  • Ikun hemm biżżejjed informazzjoni dwar il-vittma biex il-possibbiltà li t-tifel jew tifla jinstabu permezz ta’ AMBER Alert tikber, bħal ritratt, informazzjoni dwar min ikun suspettat li wettaq il-ħtif jew il-vettura li tkun intużat għall-ħtif;
  • L-AMBER Alert tinħareġ malajr kemm jista’ jkun wara li t-tifel jew tifla jkunu nħatfu jew għebu.

Bumbardament bil-midja

Meta jinħareġ AMBER Alert, il-pajjiż kollu jinbidel f’avviż wieħed kbir biex kulħadd isir jaf li jkunu naqsu tifel jew tifla. Ma’ kullimkien jidher ritratt tat-tifel jew tifla neqsin: fuq it-televixin, fuq il-kartelluni elettroniċi, u fuq bosta siti fuq l-internet.

Tfal neqsin li jkunu fil-periklu

Partijiet mis-sistema jistgħu jintużaw biex jgħinu biex jinstabu t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu. Tifel jew tifla neqsin jitqiesu bħala li jkunu fil-periklu meta jkun hemm indikazzjonijiet sostanzjali li jkunu f’riskju kbir li jiġrilhom xi ħaġa u/jew f’periklu immedjat, u tkun meħtieġa azzjoni malajr. Il-Pulizija mbagħad tista’ tiddeċiedi li tgħarraf lill-pubbliku dwar il-każ.

Fil-każ ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu, jintużaw partijiet mis-sistema tal-AMBER Alert biex jiġbdu l-attenzjoni tan-nies. L-informazzjoni dwar dawn il-każijiet tista’ tixxandar fil-livell nazzjonali, fi nħawi partikulari tal-pajjiż, jew għal sezzjonijiet speċifiċi tal-popolazzjoni (e.g. il-ħaddiema tat-trasport pubbliku).

L-AMBER Alerts u t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu

L-AMBER Alert Malta xxandar esklużivament l-AMBER Alerts u tagħrif dwar tfal neqsin li jkunu fil-periklu. Il-Pulizija toħroġ AMBER Alert biss meta l-ħajja ta’ tifel jew tifla li jkunu nħatfu tkun f’periklu imminenti (AMBER Alert) jew meta jkun hemm indikazzjonijiet sostanzjali li jkunu f’riskju kbir li jiġrilhom xi ħaġa u/jew f’periklu immedjat, u tkun meħtieġa azzjoni malajr (tifel jew tifla neqsin li jkunu fil-periklu).

Tfal neqsin

Kull sena, jonqsu bosta tfal. Il-biċċa l-kbira tagħhom jinstabu malajr. F’każ ta’ tifel jew tifla neqsin, il-Pulizija tqis kemm dak it-tifel jew dik it-tifla jkunu fil-periklu. Wara din il-valutazzjoni, tiddeċiedi x’tagħmel. L-AMBER Alert Malta xxandar b’mod esklużiv l-AMBER Alerts u tagħrif dwar tfal neqsin li jkunu fil-periklu. Il-Pulizija toħroġ AMBER Alert biss meta l-ħajja ta’ tifel jew tifla tkun f’periklu imminenti (AMBER Alert) jew meta jkun hemm indikazzjonijiet sostanzjali li jkunu f’riskju kbir li jiġrilhom xi ħaġa u/jew f’periklu immedjat, u tkun meħtieġa azzjoni malajr (tifel jew tifla neqsin u fil-periklu).

Spiss jiġri li t-tfal jiskappaw mid-dar jew jinħatfu minn wieħed jew waħda mill-ġenituri tagħhom. Meta ħajjet dawn it-tfal neqsin ma tkunx fil-periklu, il-Pulizija tuża mezzi oħrajn biex issibhom.